Monday, December 23, 2024

Il-KPI se jiltaqa’ biex jiddiskuti l-qagħda tar-Russja

Aqra wkoll

Il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali se jiltaqa’ għada l-Erbgħa biex jiddiskuti r-Russja, jumejn biss qabel il-bidu tal-Logħob Paralimpiku tax-Xitwa ta’ Beijing.

Il-KOI jgħid li qed iħeġġeġ lill-korpi go­vernattivi tal-isport biex jipprojbixxu lill-atleti Russi u tal-Belarus “sabiex tiġi protetta l-integrità tal-kompetizzjonijiet sportivi globali u għas-sigurtà tal-parteċipanti kollha”, u żżid li “l-gwerra attwali fl-Ukrajna tpoġġi lill-Moviment Olimpiku f’dilemma”.

“Filwaqt li l-atleti mir-Russja u l-Belarus ikunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw f’avvenimenti sportivi, ħafna atleti mill-Ukrajna huma pprevenuti milli jagħmlu dan minħabba l-attakk fuq pajjiżhom,” qalet stqarrija tal-KOI.

Madankollu, il-KOI qal li kull fejn ma kienx possibbli li jiġu pprojbiti milli jikkompetu għal raġunijiet organizzattivi jew legali, atleti bħal dawn m’għandhomx jikkompetu taħt l-isem ta’ Russja jew Belarus u għandhom jiġu kklassifikati bħala newtrali.

Il-Kumitat Olimpiku Russu ma qabilx mal-KOI, u qal li d-deċiżjoni “tikkontradixxi kemm id-dokumenti regolatorji tal-KOI kif ukoll il-Charter Olimpika”.

Ekonomija

Sport