Saturday, December 21, 2024

Il-kriminalità fir-Renju Unit: Jippruvaw jittrasportaw kokaina b’valur ta’ €1 miljun f’kaxxi ta’ maskri protettivi

Aqra wkoll

Is-Segretarja għall-Intern Priti Patel żvelat li xi kriminali ppruvaw jittraffikaw ammont konsiderevoli ta’ kokaina b’valur ta’ madwar € 1 miljun. Waqt li kienet qiegħda titkellem fl-aħħar konferenza tal-aħbarijiet hija spjegat li fl-aħħar jiem Border Force irnexxielha ssib din id-droga moħbija f’kaxxi li kellhom ikunu b’maskri protettivi.

L-aġenzija Nazzjonali kontra l-Kriminalità irnexxielha tagħmel sejba ta’ 700 Kilo eroina li mill-Pakistan hija maħsuba li kellha tivjaġġa lejn ir-Renju Unit. Patel sostniet li hi se tkun minn ta’ quddiem biex twaqqaf din il-kriminalità u wissiet li mhux se jkun hemm lok li persuni japprofittaw minn din is-sitwazzjoni qarsa.

Minkejja dan hija żiedet tgħid li meta kkumparat mas-sena l-oħra, bħala kriminalità naqset fosthom dak li hu serq minn karozzi u mill-ħwienet.

Tkellmet ukoll dwar sewqan eċċessiv, b’persuna tinqabad issuq b’151 mil fis-siegħa. Hija mill-ġdid appellat biex kemm jista’ jkun il-poplu jibqa’ ġewwa u li spjegat li minkejja li tifhem li hawn min qiegħed ibati psikoloġikament, dan il-metodu qiegħed jagħti riżultati kontra t-tixrid tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport