Thursday, December 26, 2024

“Il-Kritika tal-PN tikkonferma kemm il-miżuri mħabbrin huma tajbin” – Il-Ministru Clyde Caruana

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward il-kritika tal-oppożizzjoni dwar il-budget, il-Ministru Caruana nnota li l-kritika marret fuq in-numri u l-affarijiet tekniċi u dan ifisser li l-miżuri li tħabbru huma miżuri tajbin. Caruana qal li jekk wieħed jidħol fit-tabelli u jara l-livell ta’ dejn imbassar minn mindu faqqgħet il-pandemija, b’kollox hu stmat li dan se jiżdied b’20 fil-mija.

Huwa qabel din iċ-ċifra mas-sitwazzjoni fl-2008 u l-2009, minkejja li ma kienx hawn l-pandemija, l-Oppożizzjoni li dak iż-żmien kienet fil-gvern, ma għenitx lill-familji u minflok tefgħet kontijiet ogħla fuq il-poplu Malti u Għawdxi. F’dak iż-żmien d-dejn kien kważi 70 fil-mija migħajr il-pandemija u llum minkejja s-sitwazzjoni preżenti, sal-2024, mhuwiex mistenni li dan id-dejn jaqbeż is-36 fil-mija. Il-Ministru qal li dan jikkonferma l-kapaċità ta’ gvern Laburista li kapaċi jipproġetta fit-tul.

Ekonomija

Sport