Wednesday, December 25, 2024

Il-kriżi fl-Ukrajna: L-Għaqdiet sportivi li ssospendew lir-Russja

Aqra wkoll

Korpi sportivi madwar id-dinja mxew biex iwaqqfu lill-atleti Russi milli jikkompetu f’avveni­menti internazzjonali. Ir-Russja qed tiffaċċja konsegwenzi sportivi kbar minħabba l-invażjoni tagħha tal- Ukrajna, inkluż li tkeċċiet mit-Tazza tad-Dinja tal-football ta’ din is-sena kif ukoll talbiet għal projbizzjoni globali mill-kompetizzjonijiet.

Ħarsa lejn uħud mill-azzjonijiet kontra l-atleti tal-pajjiż huma:

FOOTBALL – Il-FIFA u l-UEFApproj­bixxew lit-timijiet nazzjonali u tal-clubs Russi mill-kompetiz­zjonijiet tagħhom “sa avviż ieħor”. It-team tal-irġiel mit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar aktar tard din is-sena, u dak tan-nisa mill-Kampjonat Ewropew fl-Ingilterra, li se jsir f’Lulju.

Sadanittant, St Petersburg, tneħħa bħala ospitu tal-finali taċ-Cham­pions League tat-28 ta’ Mejju. Il-logħba issa se ssir fi Stade de France f’Pariġi.

KOI – Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ħeġġeġ lill-federazzjonijiet sportivi u lill-organizzaturi biex jeskludu atleti u uffiċjali Russi u Belarussi minn avvenimenti internaz­zjonali. Projbizzjoni ta’ dan it-tip tara li r-Russja tingħaqad mal-Jugoslavja taħt Slobodan Milosevic u l-Afrika t’Isfel taħt il-ħakma tal-apartheid bħala pariji sportivi ewlenin.

TENNIS – L-Ukrena Elina Svitolina hija l-ewwel tennista li rrifjutat li tikkompeti kontra atleta Russa meta t-Tnejn kellha tiffaċċja r-Russa, Anas­tasia Potapova, f’Monterrey. L-eks numru tlieta tad-dinja qalet li mhux se tiffaċċja avversarji mir-Russja jew mill-Belarus.

FORMULA WIEĦED – Il-Grand Prix tar-Russja tal-25 ta’ Settembru, ġie kanċellat, jum wara li s-sewwieqa stilel, Max Verstappen u Sebastian Vettel, iddikjaraw pubblikament l-­oppożizzjoni tagħhom li jsuqu fit-­tellieqa. It-team Amerikan, Haas, id­deċieda li ma jġibx il-kuluri Russi tal-isponsor, Uralkali, fl-aħħar jum tal- provi ta’ qabel l-istaġun f’Barċellona.

ICE HOCKEY – L-International Ice Hockey Federation (IIHF) issospendiet it-timijiet u l-clubs nazzjonali Russi u tal-Belarus kollha mill-kompetizzjonijiet tagħha sa avviż ieħor. Neħħa wkoll lir-Russja milli jospita l-kampjonati tad-dinja taż-żgħażagħ tal-2023.

JUDO – Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF) issospendiet lill-President Russu, Vladimir Putin, bħala l-president onorarju tagħha. Huwa kien judoka stabbilit u fl-2014 ingħata l-unur ta’ 8th Dan, wieħed mill-ogħla livelli fl-isport – kien ilu jokkupa l-kariga mill-2008.

L-IJF qalet ukoll li kkanċellat il-Gran Slam tal-2022 fil-belt Russa ta’ Kazan, mill-20 sat-22 ta’ Mejju.

FENCING – Fencers Ukreni rtiraw mill-kampjonati tad-dinja fil-Kajr biex jevitaw partita mar-Russja. It-tim Ukren maskili, liebes l-isfar u l-blu tal-bandiera nazzjonali tagħ­hom, waqqa’ x-xwabel u qabad sinjali biex jipprotesta. “Ieqaf ir-Russja! Waqqaf il-gwerra!” is-sinjali jinqraw bl-Ingliż. “Salva l-Ukrajna! Salva l-Ewropa.”

RUGBY – Il-korp governattiv dinji tar-rugby ipprojbixxa lir-Russja u lill-Belarus mir-rugby internazzjo­nali kollu “sa avviż ieħor”. Is-sħubija tar-Russja fil-World Rugby ġiet ukoll sospiża għal żmien indefinit, li jfis­ser li t-tamiet żgħar tagħha li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla fi Franza spiċċaw.

BADMINTON – Il-Federazzjoni Din­jija tal-Badminton (BWF) ikkanċellat it-tournaments sanzjonati kollha fir-Russja u fil-Belarus, u pprojbithom milli jospitaw tournaments futuri “sa avviż ieħor” u ordnat il-bnadar u l-innijiet tagħhom ip­projbiti mit-tournaments kollha tagħha.

TAEKWONDO – Il-World Taekwondo qalu li qed ineħħu ċinturin iswed onorarju lil Putin, hekk kif l-attakk tar-Russja fuq l-Ukrajna jmur kontra l-motto tal-isport: “Il-paċi hija aktar prezzjuża mit-trijonf”.

GĦAWM – Il-korp governattiv globali tal-Għawm, il-FINA, neħ­ħiet il-Kampjonati Dinji tal-Għawm tal-Juniors li kellhom isiru f’Kazan (23 sat-28 ta’ Awwissu). Il-FINA rtirat ukoll l-ordni li tat lil Putin fl-2014.

SPORTS EKWESTRI – Il-bord eżekuttiv tal-Federazzjoni Ekwestri Internazzjonali (FEI) sejjaħ biex l- avvenimenti internazzjonali kollha jit­neħħew mir-Russja u l-Belarus.

CURLING – Il-World Curling Fe­de­ration beda proċess biex ineħħi lill-Federazzjoni Russa mill-kampjonati tad-dinja.

Ekonomija

Sport