Shakhtar Donetsk evakwaw lill-players Brażiljani tagħhom lejn ir-Rumanija wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, bil-club tal-Premier League Ukren ħadem mal-UEFA biex ibiegħed 12-il player mill-kunflitt, li qed ikompli jeskala madwar il-pajjiż.
Shakhtar qalu li Dinamo Kiev u SK Dnipro-1 ukoll irnexxielhom iċaqilqu players barranin mill-Ukrajna.
“Irridu nirringrazzjaw għall-assistenza tagħhom lil kull min ħa sehem f’dan il-proċess,” qalu Shakhtar fi stqarrija.
“L-evakwazzjoni tal-players saret possibbli grazzi għall-assistenza personali tal-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Football Ukrena, Andrii Pavelko, u l-president tal-Federazzjoni tal-Footbol tal-Moldova, Leonid Oleinichenko.”
Shakhtar qed jillidjaw il-Kampjonat Premier Ukren iżda ilhom ma jilagħbu logħba mill-11 ta’ Diċembru b’riżultat tal-waqfa tax-xitwa u s-sospensjoni sussegwenti tal-football minħabba l-invażjoni Russa.
Wara d-deċiżjonijiet inizjali addottati mill-Kunsill tal-FIFA u l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, li pprevedew l-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali, il-bieraħ il-FIFA u l-UEFA ddeċidew flimkien li t-timijiet Russi kollha, kemm jekk timijiet rappreżentattivi nazzjonali jew timijiet tal-clubs, għandhom jiġu sospiżi mill-parteċipazzjoni fiż-żewġ naħat, kompetizzjonijiet tal-FIFA u tal-UEFA sa avviż ieħor.