Thursday, November 14, 2024

Il-kriżi ta’ Barcelona tkompli togħdos fil-fond

Aqra wkoll

Il-kriżi ta’ Barcelona kompliet togħdos fil-fond hekk kif sfaw megħluba minn Atletico Madrid bl-iskor ta’ 2-0, b’goal minn Thomas Lemar u l-ex player tagħhom, Luis Suarez.

Min-naħa tal-coach, Ronaldo Koeman, dan sostna li minkejja din it-telfa huwa għandu l-appoġġ tad-diretturi tal-club biex ikompli jmexxi lit-team.

Bħalissa l-Katalani jinsabu fit-12-il post tal-klassifika, b’disa’ punti u b’distakk ta’ ħames punti mil-leaders Real Madrid.

Il-club ta’ Barcelona sofra minn kollass finanzjarju, tant, li jinsab f’dejn ta’ €1.2 biljuni … bid-daqqa mortali tkun li ħallihom ukoll l-istilla Lionel Messi li ngħaqad ma’ Paris St Germain.

Peró, ma tkun l-ebda sorpriża jekk fil-jiem li ġejjin Barcelona jħabbru t-tkeċċija ta’ Koeman li fil-post tiegħu qed jissemmew Xavi Hernandez, Andrea Pirlo u Roberto Martinez.

Ekonomija

Sport