Il-Kap tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) wissa li l-kriżi tal-enerġija hija agħar mill-kriżi taż-żejt tas-snin sebgħin.
Kien id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) Fatih Birol li tkellem dwar dan u qal li l-ekonomija globali qed tiffaċċja ‘theddida kbira”.
Hu qal li “s-sitwazzjoni hi agħar miż-żewġ kriżijiet konsekuttivi taż-żejt fl-1973 u l-1979, fejn id-dinja tilfet madwar 10 miljun barmil żejt kuljum, u l-kraxx tas-suq tal-gass wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.
“U mhux biss iż-żejt u l-gass, xi wħud mill-arterji vitali tal-ekonomija globali, bħall-petrokimika, bħall-fertilizzanti, bħall-kubrit, il-kummerċ tagħhom kollu huwa interrott, u dan ikollu konsegwenzi serji għall-ekonomija globali,” qal Birol.


