Saturday, September 14, 2024

Il-Kroati se jilagħbu l-logħba li jmisshom bil-bibien magħluqa

Aqra wkoll

Il-bord tad-dixxiplina tal-UEFA immultat lill-Federazzjoni tal-Futbol Kroata s-somma ta’ €150,000 wara li l-partitarji tagħhom qalgħu l-inkwiet waqt il-partita mill-Final Four tal-UEFA Nations League kontra Spanja. 

Fil-fatt, il-federazzjoni Kroata ma tistax tħalli partitarji tal-pajjiż jiġu jaraw il-logħba li jmisshom mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew minħabba l-imġieba xejn dekoruża tagħhom. Fil-fatt, il-Kroati weħlu €45,000 oħra talli l-partitarji tagħhom waddbu xi oġġetti fil-grawnd.

Ekonomija

Sport