Kroazja. ……………….10
Ungerija……………… 9
(3-3, 0-1, 4-4, 2-2)
Il-Kroazja huma ċ-champions il-ġodda tal-Ewropa wara li għelbu lill-Ungerija fil-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-waterpolo bl-iskor ta’ 10-9.
Fli Spaladium Arena ta’ Split nhar is-Sibt filgħaxija, Ivica Tucak u t-team tiegħu tal-Kroazja fittxew it-tieni midalja tad-deheb fir-raba’ finali tagħhom fil-Kampjonat Ewropew. Il-‘Barracudas’ rebħu l-uniku titlu Ewropew tagħhom fl-2010 f’Zagreb meta t-team kien immexxi minn Ratko Rudic.
Huwa fakkar, li l-Kroazja għelbet lill-Italja fis-semi-finali nhar il-Ħamis wara li għelbet lil Georgia fil-kwarti-finali nhar it-Tlieta.
Il-Kroazja għelbu lil Malta u Franza u ġew draw kontra l-Greċja fil-fażi tal-gruppi, li kien biżżejjed biex rebħu l-ewwel post fi Grupp B b’seba’ punti.
Fil-partita għall-midalja tal-bronż kienu Spanja li rebħuha meta għelbu lill-Italja 7-6.