Monday, November 11, 2024

Il-Kroazja f’logħba diffiċli kontra l-Marokk

Aqra wkoll

Minn Grupp F, l-Erbgħa fil-11.00 am, il-Kroazja jiffaċċjaw lill-Marokk f’logħba diffiċli.

Dawn tal-aħħar  ikkwalifikaw b’rekord perfett, fejn rebħu s-sitt logħbiet tal-grupp tagħhom, qabel reb­ħu bl-iskor ta’ 5-2 fil-play-off fuq żewġ legs kontra l-Kongo. Din se tkun is-sitt Tazza tad-Dinja tagħhom, bl-ewwel dehra tkun fl-1970. Ir-round tas-16 kien l-aqwa klassifikazzjoni għalihom li kisbu fl-1986. L-edizzjoni tal-2018 kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja tagħhom f’20 sena.

Il-Kroazja spiċċaw fil-quċċata tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni tagħhom b’differenza ta’ punt wieħed, wara li qabżu lir-Russja fil-partita finali. Huma spiċċaw bħala finalisti fl-aħħar Tazza tad-Dinja fejn tilfu kontra Franza li kienet l-aqwa tmiem tagħhom fit-tournament. Din it-Tazza tad-Dinja se tkun is-sitt waħda tagħhom

Il-Marokk għandhom players li jispikkaw u li jistgħu jikkawżaw problemi lill-Kroazja, iżda dawn tal-aħħar jibdew favoriti.

Għall-Marokk, Abdelhamid Sabiri x’aktarx li mhux se jkun utiliizat minħabba injury filwaqt li Abdessamad Ezzalzouli jinsab barra mill-azzjoni minħabba injury fil-hamstring.

Min-naħa l-oħra, il-Kroazja għandhom l-iskwadra kollha disponibbli.

Sport