Kroazja……………. 1
Brażil………………. 1
(Kroazja 4-2 bil-penalties)
Il-Kroazja wettqu sorpriża kbira meta eliminaw lill-favoriti Brażil 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1.
Fl-ewwel taqsima, il-partita kienet waħda bilanċjata u minkejja l-Brażiljan gawdew aktar mill-pussess tal-ballun huma ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.
L-unika azzjoni waslet f’nofs l-ewwel taqsima minn Neymar, li iżda, kien ċentrali wisq.
Wara l-mistrieħ, il-Brażil ħarġu aktar fuq l-offensiva u kellu jkun il-goalkeeper Dominik Livakovic li żammhom fil-partita b’saves determinanti fuq Richarlison, u Vinicius Jr. biex il-partita kellha tmur fil-ħin barrani.
Bil-Kroati dehru ferm għajjenin fiżikament u mentalment, it-team immexxi mill-coach Tite żied l-isforzi tiegħu biex jiftaħ l-iskor … u proprju għamel dan eżatt ma’ tmiem l-ewwel taqsima hekk kif Neymar bidel ballun ma’ Rodrygo, dar mal-goalkeeper Livakovic u xeħet fix-xibka … biex laħaq ir-rekord ta’ Pelé tal-aqwa skorer Brażiljan ta’ kull żmien b’total ta’ 77 goals.
Iżda fl-uniku attakk denju, fil-117-il minuta, il-Kroati kisbu d-draw meta x-xutt ta’ Bruno Petkovic ġie devjat minn Marquinhos għal ġox-xibka … biex kellhom jingħataw il-penalties.
L-iskorers tal-Kroati kienu Nikola Vlasic, Lovro Majer, Luka Modric u Mislav Orsic filwaqt li għall-Brażil skorjaw Casemiro u Pedro. Għall-Brażiljani fallew Rodrygo u Marquinhos.
Brażil: Dominik Livakovic, Borna Sosa, Josko Gvardiol, Dejan Lovren, Josip Juranovic, Marcelo Brozovic (Mislav Orsic 114), Luka Modric, Mateo Kovacic (Lovro Majer 106), Ivan Perisic, Andrej Kramaric (Bruno Petkovic 72), Mario Pasalic (Nikola Vlasic 72) – Coach: Zlatko Dalic
Korea t’Isfel: Alisson, Danilo, Thiago Silva, Marquinhos, Eder Militao (Alex Sandro 106), Casemiro, Neymar, Lucas, Vinicius Junior, (Rodrygo 56) Richarlison (Pedro 84), Raphinha (Antony 56) – Coach: Tite
Referee: Michael Oliver (Ingilterra)
Assistenti: Stuart Burt, Gary Beswick (Ingilterra)
Ammoniti: M. Brozovic, B. Petkovic (K); Danilo, Casemiro, Marquinhos