Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) skuża ruħu għall-azzjoni li ttieħdet relatata mal-istand tal-Moviment Graffitti. Il-Life Network Foundation kellha titħalla wkoll fil-Freshers’ Week.
Dan qalitu l-KSU f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li ċ-ċensura u l-istigma qatt ma kienet l-intenzjoni tagħhom. Qalu li l-kampus tal-Università għandu dejjem ikun forum għad-dibattitu.
Il-KSU irrimarkat li r-rabja li nħolqot din il-ġimgħa, turi li jrid ikun hemm diskussjoni nazzjonali dwar din il-kwistjoni. Qalet li huma se jipproponu lill-għaqdiet studenteski sabiex l-istudenti ikunu jistgħu jiddibattu