Friday, November 15, 2024

Il-Kulleġġ San Albert il-Kbir jikkonferma d-dati tal-ftuħ

Aqra wkoll

Wara reazzjonijiet, kemm mill-Kulleġġ San Albert il-Kbir kif ukoll mill-MUT li segwew stqarrija mill-Kurja rigward id-diżappunt tagħha minħabba nuqqas ta’ ftehim, il-Kulleġġ ikkonferma li d-data tal-ftuħ.

Fi stqarrija il-Kulleġġ qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat, minkejja l-almu kollu tal-amministrazzjoni, ġie mġarrab dewmien fil-preparazzjoni għall-ftuħ tas-sena skolastika minħabba li l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ ma kellhiex aċċess għal xi informazzjoni importanti. Grazzi għal diversi sforzi komuni, matul dawn l-aħħar sigħat ir-Rettur flimkien mal-Kap il-ġid tal-Iskola Sekondarja rnexxielhom ilestu t-timetable għal din is-sena, u issa fadal biss l-aħħar preparamenti.

F’dan id-dawl, l-amministrazzjoni tal-iskola f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, u l-Quality Assurance Department (QAD) fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed imexxu l-ftuħ tal-Iskola Sekondarja għal nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2022.

Intant, minħabba li t-tħejjijiet għall-ftuħ tal-Iskola Primarja ilhom għaddejjin għal xi żmien f’kollaborazzjoni mar-Rettur u Acting-Head tal-Primarja, bi pjaċir inħabbru li l-Iskola Primarja ser tiftaħ l-bibien tagħhom għall-istudenti nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru 2022, kif ippjanat.

Il-Kulleġġ temm jgħid li l-istudenti jibqgħu l-prijorità ewlenija, filwaqt li impennjati li jagħmlu dak kollu possibbli għall-qadi ta’ dmirijiethom lejn kull membru tal-komunità.

Ekonomija

Sport