Il-Kontinġent Malti, mgħażul mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jikkompeti fil-Logħob tal-Commonwealth taż-Żagħżagħ telaq minn Malta nhar l-Erbgħa filgħodu.
Logħob tal-Commonwealth taż-Żagħżagħ ser jseħħu bejn l-4 u t-12 ta’ Awissu ġewwa Trinidad u Tobago u Malta ser tkun irrapresentati minn tlett triatleti.
Keira Attard, Kai Azzopardi u Ryan Muscat ser jikkompetu fis-Super Sprint Individual Distance, filwaqt li Attard u Azzopardi ser jingħaqdu biex jikkompetu fis-Super Sprint Mixed Relay flimkien.
L-ewwel kompetizzjonijiet ser jsiru nhar il-Ħadd 6 ta’Awwissu meta l-tlielaq individwali jsiru ġewwa Bucco Bay, Tobago. Attard u Azzopardi jirritornaw ġewwa Bucco Bay għal iktar azzjoni nhar it-8 ta’ Awissu għal-Mixed Relay.
“Din hija t-tieni darba li Malta ser tikkompeti f’dawn il-Logħob u l-ewwel darba li ser nikkompetu fit-triathlon. Kif wieħed jistenna, l-livell huwa għoli iżda ninsabu kunfidenti li atleti tagħna, li ssoddisfaw il-kundizzjoni ta’ seleżżjoni stabbiliti mill-Kumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, ser jgħatu prestazzjoni tajba.” Stqarret Maria Vella-Galea, Chef de Mission u membru tal-Bord Eżekuttiv tal-KOM.
Il-Logħob tal-Commonwealth taż-Żagħżagħ Trinbago 2023 ser jingħataw bidu b’spettaklu ta’mużika u kulur fiċ-Ċermonja tal-ftuħ nhar il-Ġimgħa 4 ta’Awwissu. L-ispettaklu, fuq sfond karnivalesk, ser jintroduċi atleti żagħżagħh min madwar 71 nazzjon u territorju fi ħdan il-Commonwealth għal merħba tipika ta’ dan il-pajjiż.
Kai Azzopardi u Keira Attard ser jkunu qedin jġorru il-Bandiera Malta fiċ-cerimonja tal-ftuħ li ser issir fil-Hasely Crawford Stadium ġewwa Trinidad.
Il-Kontinġent huwa mmexxi mix-Chef de Mission u Direttur tal-Midja tal-KOM, Maria Vella-Galea. It-Tim qed jkun akkumpanjant minn Warren Muscat, bħala uffiċjal sportiv.
Il-Kontinġent jirritorna lura Malta nhar it-tnejn 14 ta’ Awissu.