Il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u s-Supermarkets ta’ Welbee’s ħabbru il-bidu ta’ sħubija fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) li ġejjin li se tkun ospitati f’Malta bejn it-28 ta’ Mejju u l-4 ta’ Ġunju 2023.
Is-sħubija tħabbret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti mill-President tal-KOM Julian Pace Bonello, id-Deputat President Paul Sultana u rapprezentanti tal-kumpanjia Retail Marketing Limited – l-operaturi tas-Supermarket ta’ Welbee’s, id-Direttur, Philip Borg u l-Kap Eżekuttiv, Jonathan Shaw.
Welbee’s hija l-ewwel entità non-governattiva li wriet l-impenn tagħha lejn il-GSSE2023. Din is-sħubija qed tiġi żvelata fi żmien kritiku, hekk kif il-Kumitat Organizzattiv Lokali tal-GSSE ta bidu għal diversi inizjattivi fit-tħejjija għal-Logħob is-sena d-dieħla. Il-kontribuzzjoni ta’ Welbee’s se tipprovdi spinta finanzjarja lejn il-preparazzjoni loġistika tal-Logħob.
Il-President tal-KOM u l-Ko-President tal-Kumitat Organizzattiv Lokali Pace Bonello irrimarka li “Illum hija l-bidu ta’ sħubija ma’ Welbee’s, li mhix biss għoti ta flus iżda kollaborazzjoni kontinwa bejn żewġ entitajiet dinamiċi, li jaqsmu valuri komuni, partikolarment impenn u dedikazzjoni lejn il-missjonijiet rispettivi tagħhom. Għandna pjaċir nilqgħu lil Welbee’s fil-familja GSSE 2023 illum.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Retail Marketing Ltd Jonathan Shaw żied jgħid li “Bħala grupp ta’ supermarkets lokali aħna kburin li nissieħbu ma’ dawn il-Logħon mhux biss biex nappoġġaw lill-KOM u lill-atleti lokali tagħna iżda wkoll nippromwovu l-importanza tal-Isport b’mod ġenerali u l-benesseri assoċjati ma’ dan. Nistennew bil-ħerqa li nippromwovu u noħolqu aktar inċentivi fost il-bażi tal-klijenti tagħna biex jattendu u nappoġġjaw dawn il-.”
Id-XIX Edizzjoni tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa mistennija tilqa ‘l fuq minn 1,000 atleta u 500 uffiċjal għal 10 dixxiplini sportivi ospitati fi ħdax-il post madwar Malta. Malta ospitat il-Logħob f’żewġ okkażjonijiet preċedenti – 1993 u 2003.