Wednesday, January 8, 2025

Il-Kumitat Olimpiku Malti jiltaqa’ mal-AiMS

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) laqa’ fil-kwartieri ġenerali tiegħu lill-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-AiMS Jean Claude Micallef għall-ewwel laqgħa uffiċjali sa min mindu dan inħatar f’din il-kariga.

Fil-laqgħa ġew diskussi diversi materji li jirrigwardjaw mhux biss il-Kumitat Olimpiku Malti iżda wkoll l-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet kollha li huma rikonoxxuti mill-KOM.

Fost is-suġetti li ġew diskussi kien hemm il-proċess u l-metodu ta’ edukazzjoni lill-atleti fuq materji bħal anti-doping, match manipulation, u s-suġġett tal-integrita’, sal-proċess ta’ kif jistgħu jintlaħqu aktar atleti mhux biss dawk fil-faxxa ta’ atleti ‘elite’.

Il-Kumitat Olimpiku Malti permezz tas-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi min naħa tiegħu ressaq diversi suġġerimenti dwar kif tista’ titjieb il-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet involuti kollha fil-proċess tar-reġistrazzjoni tal-entitajiet sportivi. 

Fil-Laqgħa kienu preżenti wkoll il-President tal-KOM Julian Pace Bonello, Dr Lucienne Attard Direttur u Charlene Attard Direttur Sport.

Il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS kien akkumpanjat għal-din il-laqgħa minn Sandro Micallef il-Kap tal-Kommunikazzjoni fi ħdan l-Awtorita’ Maltija tal-Integrita’ fl-Isport.

Fi tmiem il-laqgħa ż-żewġ naħat qablu li laqgħat simili se jibqgħu jsiru fuq bażi regolari.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport