Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ospita t-21 edizzjoni tal-Gala Sports Awards nhar il-Ħadd filgħaxija, fejn ġew iċċelebrati l-kisbiet tal-atleti Maltin fuq żewġ staġuni kompetittivi. Għadd ta’premijiet tqassmu lil atleti u timijiet li spikkaw fix-xena internazzjonali matul l-istaġuni 2023–2024 u 2024–2025.
Il-premjijiet ingħataw lil dawk l-atleti li wrew eċċellenza f’kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin li ġew organizzati taħt l-awspiċji ta’ Federazzjonijiet Internazzjonali rikonoxxuti jew korpi sportivi internazzjonali ta’ reputazzjoni soda. Il-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà evalwaw il-livell tal-kompetizzjoni, in-numru ta’ parteċipanti u r-riżultati miksuba mill-atleti Maltin.
Fost il-kompetizzjonijiet ikkunsidrati, il-KOM analizza r-riżultati miksuba fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE), European Youth Olympic Festival, Commonwealth Youth Games, Youth Olympic Games, University Games (FISU, NCAA, BUCS), Kampjonati Ewropej u Dinjija, Kampjonati Mediterranji u tal-Commonwealth, kif ukoll l-L-Logħob Olimpiku
Dawn il-premjijiet jagħtu rikonoxximent lill-wisa’ tal-progress sportiv Malti, u jonoraw kemm lill-atleti stabbiliti kif ukoll lit-talent żagħżugħ li qed ikompli jgħolli l-profil ta’ Malta fuq livell internazzjonali.
Maria Vella-Galea, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv tal-Gala Sports Awards, qalet:
“Din il-lejla tiċċelebra d-dedikazzjoni, ir-reżiljenza u l-ambizzjoni tal-atleti Maltin. Kull premju jirrappreżenta siegħat ta’ xogħol iebes, sagrifiċċji u determinazzjoni bla waqfien. Inħossuna onorati li nagħtu rikonoxximent lill-kisbiet tagħhom u li nkomplu npoġġu fid-dawl lil dawk l-individwi u timijiet li qed ikomplu jgħollu l-isem ta’ Malta fix-xena sportiva internazzjonali.”
Introduzzjonijiet fil-Hall of Fame
Waħda mill-aktar mumenti importanti tal-lejla kienet l-introduzzjoni ta’ tliet personalitajiet distinti fl-MOC Hall of Fame, li ġew rikonoxxuti għall-kontribut straordinarju tagħhom għall-isport f’Malta u għall-mod kif ħaddnu l-valuri Olimpici ta’ eċċellenza, rispett, ħbiberija u sportività.
Dawn kienu Charles Camenzuli – ġurnalist sporti li l-karriera tiegħu kienet kruċjali fid-dokumentazzjoni tal-vjaġġ sportiv u Olimpiku ta’ Malta. Jean-Paul Fleri Soler attleta Olimpika u wieħed mill-persuni ewlenin fl-iżvilupp u s-suċċess tal-ibburdjar f’Malta. L-aħħar personalita kien il-mibki Patrick Pace li kien pijunier fl-introduzzjoni u t-tkattir tal-baseball f’Malta, li b’dedikazzjoni u viżjoni wassal biex dan l-isport jikber u jissaħħaħ.
Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti, żied jgħid:
“Is-sentejn li għaddew raw wirjiet mill-aqwa f’diversi dixxiplini. Dawn il-premjijiet mhumiex biss rikonoxximent tal-kisbiet, iżda huma wkoll xhieda tat-tkabbir kontinwu tal-isport Malti. Aħna kburin immens bl-atleti tagħna u nibqgħu impenjati li nkomplu nappoġġjawhom fil-mixja tagħhom lejn livelli ta’ eċċellenza.”
Il-Kumitat Olimpiku Malti rringrazzja lis-sponsors tiegħu – SportMalta, National Development and Social Fund, Olympic Solidarity, APS Bank, General Soft Drinks, Full Marks, Joma u Network 360.
Lista tal-Premjijiet
GSSE Special Awards
GSSE Bronze
Atletika
Mireya Bugeja, Ian Paul Grech, Luke Micallef.
Ċiklizmu – Tim tal-Irġiel – Daniel Bonello, Aidan Buttigieg, John Camilleri, Bernard Galea, Andrea Mifsud, Jacob Schembri.
Karate:
Heorhii Denysov, Halil Ibrahim Koska.
Rugby 7s:
Tim Irġiel.
Sparar:
Gianluca Chetcuti.
Tennis:
Alex Degabriele.
GSSE Silver
Atletika
Claire Azzopardi, Luke Bezzina, Isaac Bonnici, Nick Bonett, Alessia Cristina, Jemima Farley, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo, Jared Micallef, Thea Parnis Coleiro, Rebecca Sare, Martha Spiteri, Janet Richard, Kurt Zahra.
Timijiet Relays:
• 4x100m Nisa – Claire Azzopardi, Thea Parnis Coleiro, Janet Richard, Alessia Cristina.
• 4x400m Mixed – Martha Spiteri, Janet Richard, Jared Micallef, Isaac Bonnici.
• 4x400m Irġiel – Isaac Bonnici, Nick Bonett, Matthew Galea Soler, Jared Micallef.
• 4x100m Irġiel – Luke Bezzina, Kurt Zahra, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo.
Basketball 3×3:
Stephanie Demartino, Danica Galea, Kristy Galea, Amber Melgoza.
Għawm
4x100m Medley (Nisa) – Victoria Balderacchi, Zoe Cawsey, Nirvana Micallef, Michela Portelli.
Għawm Artistiku
Zea Montfort.
Table Tennis:
Tim tan-Nisa – Maria Iacob, Victoria Lucenkova, Renata Stribkova.
Tennis:
Matthew Asciak, Francesca Curmi, Elaine Genovese.
GSSE Gold
Atletika:
Beppe Grillo, Gina McNamara.
Ġinnastika Artistika:
Sophie St John, Team Malta (Philippa Busuttil, Lyana Curmi Inguanez, Julia Galea, Janet Galea).
Għawm:
Sasha Gatt.
Għawm Artistiku
Ana Culic, Thea Grima Buttigieg.
Karate:
Luke Galea, Jessica Vella.
Table Tennis:
Tim tal-Irġiel: Daniel Bajada, Dimitrij Prokopcov, Felix Wetzel.
Tim tan-Nisa: Maria-Carmela Iacob, Renata Stribkova.
Accomplishment Award
Atletika:
Gina McNamara, Jared Micallef.
Badminton:
Matthew Abela, Sam Cassar.
Billiards u Snooker:
Brian Cini.
Ibburdjar:
Victoria Schultheis.
Karate:
Thyis Antonelli.
Lawn Bowls:
Connie Rixon, Rebecca Rixon.
Squash:
Colette Sultana, Julian Scerri, Matthea Saliba.
Table Football:
Bormla Subbuteo Club, Samuel Bartolo.
Special Award
Atletika:
Kayleigh Ellul, Matthew Galea Soler, Matteo Gauci, Claire McNamara, Thea Parnis Coleiro, Rachela Pace, U15 Relay Team (Carey Spiteri, Kayla Slack, Leah Frendo, Kristina Azzopardi).
Badminton:
Sam Cassar.
Billiards u Snooker:
Brian Cini.
Bodybuilding & Fitness:
Keith Agius, Liliana Albinskaya, Chloe Cooper.
Ibburdjar:
Victoria Schultheis.
Futball:
Hamrun Spartans.
Ġinnastika Artistika:
Sophie St John.
Pool:
Matthias Debono, Steve Muscat, Junior National Team.
Rugby 7s:
Team Malta.
Squash:
Jocelyn Lydall, Mattea Saliba, Julian Scerri.
Table Football:
Samuel Bartolo, Bormla Subbuteo Club, Valletta Subbuteo Club.
Weightlifting:
Rylee Borg, Kim Camilleri Lagana, Anton Micallef, Nathan Mifsud.
Team Malta (Tenisha Thornton, Roberta Tabone, Rylee Borg, Kim Camilleri Lagana, Nathan Mifsud).
Bronze Award
Badminton:
Matthew Abela.
Billiards u Snooker:
Aaron Busuttil, Chris Peplow.
Bowling:
Travis Barbara, Tiziana Carannante, Tomas Caruso, Cynthia Frendo Duca, Kayden Lagana, Nicolai Mallia, Nicholas Muscat.
Ibburdjar:
Katrina Micallef
Lawn Bowls:
Connie Rixon, Rebecca Rixon.
Ġinnastika Artistika:
Philippa Busuttil.
Karate:
Thyis Antonelli.
Pool:
Team Malta (Irġiel), Steve Muscat.
Triathlon:
Kai Azzopardi, Ryan Muscat.
Weightlifting:
Nathan Mifsud, Tenisha Thornton.
Silver Award
Bowling:
Sue Abela, Mauro Anastasi, Cynthia Frendo Duca, Kayden Lagana, Nicholas Muscat.
Lawn Bowls:
Connie Rixon, Rebecca Rixon.
Pool:
Team Malta (Irġiel), Under-18 Team.
Gold Award
Billiards u Snooker:
Brian Cini.
Ibburdjar:
Team Boost Stella Maris – (Gabriella Mifsud, Anna Basalkina, Mattea Ciantar, Emilie Gregory), Victoria Schultheis.

