Sunday, December 22, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jospita l-ewwel kors accreditat ta’ Strength and Conditioning

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti dan l-aħħar ospita Kors ta’ L-Ewwel Livell  ta’ Strength and conditioning akkreditat mill-Assoċjazzjoni Awstraljana tas-Strength and Conditioning (ASCA).

Il-kors akkreditat mill-ASCA huwa rikonoxxut mad-dinja kollha u jipprovdi ċertifikazzjoni bbażata fuq l-għarfien dwar kif tiddisinja, tapplika u tirrevedi programmi ta’ taħriġ biex ittejjeb il-prestazzjoni atletika.

Il-kors kien immexxi mill-Kowċ Internazzjonali Mike McGurn li ħadem ma’ għażla wiesgħa ta’ atleti fuq l-ogħla livell ta’ suċċess internazzjonali. Għoxrin kowċ attendew għall-kors prattiku ta’ jumejn li sar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti f’Tal-Qroqq.

“Dan il-kors kien l-ewwel pass lejn l-iżvilupp ta’ grupp ta’ kowċis tas-sengħa li qed jirrikonoxxu l-importanza ta’ din it-taħsima fil-programmi ta’ taħriġ tal-atleti tagħhom” spjega Nigel McCarthy, Direttur u membru tal-Kummissjoni Teknika fl-MOC. “

Din kienet l-ewwel darba li ġie ospitat kors bħal dan f’Malta. Dan il-kors kien parti mill-isforzi tal-Kumitat Olimpiku Malti biex jibni komunità sportiva aktar professjonali u kwalifikata.

Il-parteċipanti tal-kors issa se jkunu meħtieġa li jgħaddu minn taħriġ sorveljat kif ukoll li jsegwu diversi sigħat jiffuqkaw fuq din it-taqsima ta’ taħriġ sabiex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni tal-Livell 1 tagħhom.

“Is-suċċess ta’ dan il-kors u l-interess li ġġenera, mhux biss ġabu dan l-aspett tal-preparazzjoni tal-atleti fuq quddiem iżda ħeġġiġna biex inħarsu lejn opportunitajiet oħra ta’ taħriġ fil-futur qarib” temm jgħid McCarthy.

Dan il-kors sar possibbli permezz tal-appoġġ ta’ fondi ta’ Solidarjetà Olimpika.

Ekonomija

Sport