Thursday, December 26, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti ser jorganizza t-tieni edizzjoni tal-Malta Invitational Games

Aqra wkoll

Wara s-suċċess li kisbu il-Malta Invitational Games fl-2022,  il-Kumitat Olimpiku Malti habbar li se jorganizza t-tieni edizzjoni ta’ dawn il-Logħob bejn it-8 u l-10 ta’ Novembru.

B’konformità mal-viżjoni tal-KOM li jinvesti aktar fl-iżvilupp taż-żgħażagħ, din l-edizzjoni ser tiffoka fuq kompetizzjonijiet għal atleti taħt il-15 u t-18-il sena.

Erba’ dixxiplini sportivi differenti ser ikunu parti mill-programm: badminton, għawm, taekwondo, u waterpolo. Il-kompetizzjonijiet se jsiru f’tliet postijiet differenti: Cottonera Sports Complex, National Sport School f’Pembroke, u Tal-Qroqq National Pool Complex.

Aktar minn 200 atleta u uffiċjal minn 15-il nazzjon huma mistennija jattendu għal dawn il-Logħob f’ Malta. Il-pajjiżi jinkludu Andorra, l-Albanija, Ċipru, Gżejjer Faroe, il-Greċja, Guernsey, l-Italja, il-Latvja, il-Libja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Monako, San Marino, is-Slovenja u Malta.

Il-Malta Invitational Games qed isiru b’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, in-National Sport School kif ukoll l-Assoċjazzjoni ta’ l-Isport Akwatiku ta’ Malta, Badminton Malta, u l-Malta Taekwondo Association, li kollha ġew fdati bil-organizzazzjoni teknika tal-kompetizzjonijiet rispettivi.

Il-programm sħiħ tal-avvenimenti huwa mistenni li jiġi mħabbar aktar tard din il-ġimgħa.

Ekonomija

Sport