Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) u National Lottery plc, sussidjarja kompletament proprjetà ta’ IZI GROUP illum ħabbru l-estensjoni tas-sħubija tagħhom, li bdiet b’suċċess waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) li saru f’Malta fl-2023.
Il-kollaborazzjoni mġedda se tara lill-National Lottery plc ssir l-isponsor ewlieni għal Team Malta fil-GSSE tal-2025 f’Andorra.
L-Ospitanti tal-Logħob fl-2025 – Andorra – diġà ħabbru l-programm tad-dixxiplini sportivi tagħhom li jinkludu Atletika, Għawm Artistiku, Basketball, Basketball 3×3, Ċikliżmu, Ġinnastika (Ritmika u Artistika), Judo, Karate, Rugby 7s, Sparar, Għawm, Table Tennis, Tennis, Volleyball u Beach Volley. Filwaqt li għadu kmieni biex isiru xi avviżi uffiċjali dwar it-tim li ser jirrapreżenta lil-Malta f’dawn il-Logħob, diversi federazzjonijiet diġà qed jaħdmu mill-qrib mal-KOM fuq programmi li jistgħu jwasslu għal kwalifika potenzjali għal dawn il-Logħob.
Is-sħubija bejn il-National Lottery plc u l-Kumitat Olimpiku Malti tenfasizza impenn kondiviż għall-promozzjoni tal-eċċellenza fl-isport u t-trawwim tal-għaqda fi ħdan il-komunità Maltija. Dan l-impenn kien enfasizzat aktar mill-appoġġ tal-National Lottery plc għall-avvenimenti reċenti tal-Jum Olimpiku, li ġabru flimkien ‘il fuq minn 22 federazzjoni u assoċjazzjoni sportiva biex jesibixxu d-dixxiplini tagħhom għall-pubbliku.
Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti, enfasizza l-importanza ta’ din is-sħubija: “L-appoġġ mogħti minn National Lottery plc huwa imprezzabbli għall-preparazzjoni tal-atleti tagħna għal-Logħob li ġej. Dan l-appoġġ jippermettina li nsaħħu l-programmi ta’ taħriġ tagħna u niżguraw li tagħna l-atleti għandhom l-aħjar riżorsi possibbli biex jiksbu l-aħjar riżultati.” Franco de Gabriele, Chief Commercial Officer tan-National Lottery plc, ikkummenta dwar il-valuri komuni li l-lotterija u ċ-charter tal-ESG tagħha għandhom mal-KOM: “Ninsabu soddisfatti ħafna li nġeddu s-sħubija tagħna mal-KOM. Bħala kumpanija u bħala operatur tal-lotterija nazzjonali, aħna impenjati li nappoġġaw il-valuri tal-moviment Olimpiku u nappoġġaw lill-KOM fid-diversi inizjattivi tiegħu kemm lokalment u barra minn Malta. Din hija sena speċjali għall-KOM u l-Moviment Olimpiku, hekk kif nistennew bil-ħerqa l-ispettaklu li l-Olimpjadi u l-Para Olympics ser jgħatu f’Pariġi dan is-sajf