Saturday, December 21, 2024

Il-kumitat ORNIS jirrakkomanda ftuħ ta’ staġun għall-kaċċa tas-summien f’April

Aqra wkoll

Waqt il-laqgħa tal-Kumitat ORNIS li għada kif intemmet u li saret permez ta’ SKYPE, ittieħdu voti rigward il-proposti li resqet il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) biex il-Gvern japplika derogi sabiex jippermetti l-kaċċa għall-gamiem u s-summien f’April 2020.


Dwar il-kaċċa għall-gamiem kien hemm vot wieħed favur (FKNK), żewġ voti kontra (BirdLife u ERA) u erba’ astenzjonijiet. B’hekk mhux se jsir rakkommandazzjoni lill-Ministru biex tiġi applikata deroga sabiex tkun permessa l-kaċċa għall-gamiem din ir-rebbiegħa għar-raba sena konsekuttiva.

Dwar il-kaċċa għas-summien kien hemm ħames voti favur (inkluż tal-FKNK) u l-istess żewġ voti kontra. B’hekk il-Kumitat ser jagħmel rakkommandazzjoni lill-Ministru sabiex jinfetaħ staġun għall-kaċċa tas-summien fuq l-istess parametri tas-sena l-oħra, li fost oħrajn jinkludu staġun ta’ nofs ta’ nhari mill-10 sat-30 t’April 2020, iż-żewġ ġranet inklużi; kwota nazzjonali ta’ 5000 summiena u l-ebda kwota individwali jew tal-ġurnata; u kollox soġġett għall-sorveljanza stretta w infurzar riguruż.


Il-Kumitat ġie infurmat li saru 7,395 applikazzjonijiet għall-liċenzji speċjali tal-kaċċa fir-rebbiegħa (6,195 f’Malta u 1,200 f’Għawdex).

Ekonomija

Sport