B’riżultat ta’ vot ta’ maġġoranza favur, fil-laqgħa tal-Tnejn tal-Kumitat Ornis ġie deċiż li l-Kumitat jirrakkomanda lill-Ministru l-proposti mressqa mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), sabiex jinfetħu l-istaġuni tal-insib tal-Malvizz u tal-Pluviera fuq l-istess parametri tas-sena li għaddiet, kif ukoll għat-tkomplija tal-Programm ta’ Riċerka tal-Għasafar tal-Għana.
Id-deċiżjoni finali tal-Ministru mistennija tittieħed fil-jiem li ġejjin. Il-FKNK ser tikkomunika dettalji għal laqgħat informattivi għan-nassaba f’Malta w Għawdex.