Thursday, August 14, 2025

Il-Kummissarju għall-Istandards jiċħad l-ilment li Robert Aquilina għamel kontra l-Ministru Schembri

Aqra wkoll

Il-Kummissarju għall-Istandards ċaħad l-ilment li Robert Aquilina għamel kontra l-Ministru Silvio Schembri. Irriżulta li l-allegazzjonijiet li għamel Aquilina kienu kollha infondati.

Irriżulta li l-ebda setgħa fuq trasferiment ta’ art.

L-investigazzjoni sabet li l-Ministru Schembri ma kellux, la legalment u lanqas fil-prattika s-setgħa li jordna jew jinfluwenza l-bejgħ/trasferiment ta’ art pubblika fil-Mellieħa u San Ġorġ.

“Struttura indipendenti tal-Awtorità tal-Artijiet – Il-bord tal-gvernaturi għandu 10 membri minn diversi entitajiet u mhux taħt kontroll dirett ta’ ministru wieħed; il-membru tal-oppożizzjoni fuq il-bord ivvota favur il-proġett tal-Mellieħa,” intqal fir-rapport li ħareġ il-Kummissarju għall-Istandards.

Dwar ix-xiri u l-kiri ta’ uffiċċji trasparenti, intqal li dokumenti ppreżentati wrew li l-Ministru Schembri akkwista l-uffiċċju ta’ Ħal Luqa b’konvenju u ħlasijiet bankarji f’Diċembru 2021, u ilu jikri b’mod regolari l-uffiċċju tas-Siġġiewi għal snin twal.

Ir-rapport jgħid li kien hemm konklużjoni ċara tal-Kummissarju – “Ma kienx hemm possibbiltà ta’ kunflitt ta’ interess” u l-allegazzjonijiet kienu bla bażi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport