Fil-jum tal-Milied, bħalma ilu jagħmel ta’ kull sena, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ħa l-okkażjoni biex idur diversi lokalitajiet biex jirringrazzja diversi uffiċjali għas-servizz tagħhom.
Gafà rringrazzja lil diversi uffiċjali li fl-aħħar sigħat komplew bil-ħidma biex jassiguraw l-ordni fil-pajjiż u konsegwentament kellhom iqattgħu l-Milied ‘il bogħod mill-għeżież tagħhom.