Monday, December 23, 2024

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja kampanja ta’ tindif fil-baħar

Aqra wkoll

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta ngħaqdet ma’ Neil Agius, li ftit ilu kiser rekjord tal-għawm, u l-NGO Wave of Change biex iniedu l-Kampanja tal-UE dwar il-Patt Ekoloġiku. Ilbieraħ diversi bugħaddasa u voluntiera oħra ltaqgħu biex inaddfu l-baħar u l-bajja fejn il-Moll ta’ Buġibba. Il-Ministri  Aaron Farrugia u Miriam Dalli appoġġaw lill-parteċipanti u approva l-kampanja. 

Il-kampanja tal-UE dwar il-Patt Ekoloġiku mnedija mir-Rappreżentanza se ssir fuq għadd ta’ ġimgħat. Hija maħsuba biex tipprovdi għarfien akbar dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew — il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea lejn il-kisba tal-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 — u kif kull individwu jista’ jagħmel il-parti tiegħu biex jintlaħaq dan l-għan ambizzjuż. Il-qofol tat-tnedija kien ħajt tal-wiri interattiv li jippreżenta l-elementi differenti tal-azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku. 

Ekonomija

Sport