Sunday, December 22, 2024

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità mħassba bl-istrajk fl-iskejjel

Aqra wkoll

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT ħabbret strajk ta’ ġurnata għall-membri tagħha fl-iskejjel tal-istat u tal-knisja għal nhar it-Tnejn 27 ta’ Novembru. Min-naħa tagħhom il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità urew it-tħassib tagħhom dwar l-istrajks fl-iskejjel.

F’ittra li bagħtet lill-President tal-MUT Marco Bonnici, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Rhoda Gharland għamlet talba lill-MUT sabiex tikkunsidra d-direttiva industrijali, li permezz tagħha tfal b’diżabilità qegħdin jiġu milquta b’mod ħażin fl-iskejjel.

Fl-istess ittra, Gharland kitbet li kawża tal-istess strajk, l-għalliema waqfu milli jinfuraw lill-ġenituri tat-tfal dwar dak li jkun sar fil-klassi. Enfasizzat fuq il-fatt li għal iistudenti li ma jikkomunikawx, il-ktieb li jiktbu fuqu l-għalliema dwar x’sar fil-klassi jitqies bħala għodda kruċjali.

Hija saħqet li l-ġenituri għandhom ikollhom is-serħan il-moħħ li eżempju l-istudenti b’diżabilità ħadu l-mediċina li kellhom bżonn waqt li kienu l-iskola.
Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qalet dan filwaqt li rrikonoxxiet it-talbiet tal-Unjin waqt negozjati għal ftehim settorjali ġdid iżda sostniet li m’għandiex tbati saħħet il-persuni b’diżabilità li huma studenti vulnerabbli.

Ekonomija

Sport