F’imejl li rċievew ilbieraħ, impjegati tal-kumpanija Amazon, kienu mitluba biex jneħħu l-applikazzjoni ta’ TikTok. Skont kelliema għal Amazon, il-kumpunija talbet lill-impjegati biex jagħmlu dan minħabba riskji ta’ sigurtà.
Intant, kelliem għall-applikazzjoni Ċiniża TikTok, qal li minkejja li huma jirrispettaw l-opinjoni u d-deċiżjoni ta’ Amazon, TikTok lestha tiddjaloga u tara x’inhuma l-preokkupazzjonijiet ta’ Amazon.
Ta’ min jinnota li bħalissa għaddejja kampanja qalila fil-konfront tal-kumpanija TikTok minn numru ta’ senaturi Amerikani. Dan għaliex l-applikazzjoni għandha rabtiet mal-Gvern Ċiniż.