Saturday, November 23, 2024

Il-kumpanija AstraZeneca mistennija tibda tissupplixxi l-vaċċin għall-COVID-19 minn Settembru

Aqra wkoll

Il-kumpanija tal-farmaċewtika, AstraZeneca qalet li għandha l-kapaċità li timmanifattura biljun doża tal-potenzjal vaċċin mill-Università ta’ Oxford u għandha tibda tissupplixxi f’Settembru. 

Jidher li din il-kumpanija diġà għandha ftehim għal mill-inqas 400 miljun doża tal-vaċċin, filwaqt li timmira li tiffirma aktar minn dan il-ftehim ħalli tespandi l-kapaċità tagħha fix-xhur li ġejjin f’li tiżgura t-twassil globali tal-vaċċin. 

Nhar it-Tnejn, is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock qal li jekk il-potenzjali vaċċintal-Università ta’ Oxford jinstab li hu tajjeb, allura jkun hemm mat-30 miljun doża għar-Renju Unit sa Settembru. It-tim ta’ Oxford qed jittestja l-vaċċin fuq il-bniedem, filwaqt li grupp separat mill-Imperial College ta’ Londra mistenni jibda testijiet fuq il-bniedem ix-xahar li ġej. 

Madankollu, xi xjentisti qed iwissu li l-vaċċin mhux se jkun disponibbli fost il-popolazzjoni qabel is-sena d-dieħla.

Sport