Thursday, May 2, 2024

Il-kumpanija GoTo tħabbar li se twaqqaf is-servizzi ta’ kiri f’Malta u f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-kumpanija GoTo ħabbret li se twaqqaf is-servizz ta’ kiri ta’ karozzi u muturi.

Fi stqarrija fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook huma fil-fatt ħabbru li l-aħħar ġurnata tas-servizz se tkun it-30 ta’ Settembru li ġej.

Il-kumpanija qalet li jiddispjaċiha li ħadet dan il-pass. Madankollu sostniet li kien hemm diversi raġunijiet wara din id-deċiżjoni.

Inċidentalment inċident li seħħ ilbieraħ fis-Swieqi kien jinvolvi karozza tal-imsemmija kumpanija.

Tfajla ta’ 17-il sena li kienet qed issuq karozza tal-GoTo, għal xi raġuni tilfet il-kontroll baqgħet dieħla ġo ħajt. Fil-karozza kien hemm rekbin tliet persuni oħra, b’ġuvni ta’ 25 sena li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Sport