Friday, November 15, 2024

Il-kumpanija Tesla fiċ-ċentru ta’ kritika wara li fetħet showroom fir-reġjun ta’ Xinjiang fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Il-kumpanija Tesla, li timmanifattura karozzi li jaħdmu bl-elettriku, spiċċat fiċ-ċentru ta’ kritika qalila wara li din fetħet showroom fir-reġjun kontroversjali Ċi­niż Xinjiang. Il-kumpanija, li hija mmex­xija mill-biljunarju El­on Musk, fetħet din ix-showroom f’lejliet l-Ewwel tas-Sena ġewwa l-belt ta’ Urumqi. Fuq naħa din id-deċiżjoni kienet ikkritikata mill-Istati Uniti u min-naħa l-oħra kienet imfaħħra miċ-Ċina.

Din id-deċiżjoni kienet ikkritikata minħabba li bosta huma dawk il-pajjiżi li qed jakkużaw liċ-Ċina bi skjavitù u ġenoċidju fil-konfront tal-minorità Uyghur ġewwa r-reġjun Xinjiang, li huwa wieħed mill-iktar sinjuri taċ-Ċina. 

F’Diċembru l-Istati Uniti kienet daħħlet liġi li kienet tgħid li l-prodotti kollha li jiġu impurtati minn Xinjiang irid ikun żgurat li ma jkunux saru b’xogħol sfurzat. Is-Senatur Repubblikan Marco Rubo, li kien appoġġja l-abbozz ta’ liġi msemmi iktar kmieni, qal li “korporazzjonijiet bla stat qed jgħinu lill-partit komunista Ċiniż biex jaħbi l-ġenoċidju u l-is­kjavitù f’dan ir-reġjun.”

Ekonomija

Sport