Saturday, April 26, 2025

Il-kumpanija Tether tqawwi l-investimenti ta’ Juventus

Aqra wkoll

Il-kumpanija Tether reġgħet ħadet ir-ruħ wara li fix-xhur li għaddew akkwistat 8.2% tal-ishma ta’ Juventus. Din l-azjenda ħabbret investiment ieħor fil-klabb Bianconero, billi xtrat pakkett ieħor ta’ ishma żgħar li jġib it-total għal 10.12% tal-ishma, ugwali għal 6.28% tad-drittijiet tal-vot.

U dan kollu għen anke l-investimenti finanzjarji ta’ Juventus sabiex jitilgħu fil-Borża. Wara li Tether ħabbar ix-xiri ta’ ishma ġodda tal-klabb iswed u abjad, l-istock tal-klabb ta’ Juventus irreġistra qabża sinifikanti fil-Borża ta’ Milan, li issa jlaħħaq it-3.18 ewro kull sehem. B’hekk Tether bħalissa huwa t-tieni l-akbar azzjonist ta’ Juventus wara Exor.

Din l-aħbar tat tama lid-diriġenti Bianconeri li jikkuntrasta mal-istaġun ferm diżappuntanti li kellhom.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport