Xahar mill-mewt ta’ Paulina Dembska u sentejn mill-mewt ta’ Chantelle Chetcuti, ġie ppreżentat abbozz ta’ liġi li jikkumbatti l-femiċidju.
X’jinkludi l-abbozz preżentat?
Dan l-abbozz preżentat jiddeskrivi l-femiċidju bħala “l-qtil ta’ mara jew tifla minn raġel li jkun motivat mill-ġeneru”. Dan jinkludi qtil fil-kuntest ta’ vjolenza domestika, qtil abbażi ta’ sentimenti miżoġini, qtil fil-kuntest ta’ sfruttament sesswali u qtil fil-kuntest ta’ sfruttament sesswali fost kuntesti oħra.
L-abbozz ta’ liġi ppreżentat jipprovdi li ċ-ċirkostanzi femiċidjali ta’ qtil għandhom jimmilitaw kontra li ma tingħatax piena ħarxa. Se jipprovdi wkoll li omiċidju b’karatteristiċi ta’ femiċidju jkun eskluż milli jikkwalifika bħala omiċidju skużabbli minħabba li jkun twettaq f’passjoni istantanea. Dan ifisser li l-femiċidju issa se jkun kunsidrat bħala offiża separata minn omiċidju, fejn il-piena f’dan il-każ se jkun irrakkomandat li tkun l-eħrex waħda.