Wednesday, January 15, 2025

“Il-kunċett tat-tieni ċans huwa fil-qalba tar-riformi li qed nimbuttaw” – il-Ministru Jonathan Attard

Aqra wkoll

Fil-winding up, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard qal li din hi opportunità oħra biex nitkellmu dwar din l-inizjattiva li għandha ssarraf f’bidla sinifikanti fis-sistema tal-ġustizzja tagħna.

“Din tal-lum hi wegħda oħra tal-Gvern fil-manifest elettorali tiegħu iżda tmur lil hinn minn hekk għax komplejna, anke frott id-diskussjoni pubblika li żvolġiet, biex inkomplu nibnu fuq dak li inizjalment ġie propost fil-manifest. Miżura li tikkonferma kemm dan hu Gvern li bil-fatti huwa ta’ wens għaċ-ċittadini kollha tiegħu,” qal il-Ministru Attard.

Huwa tenna li l-kunċett tat-tieni ċans huwa fil-qalba tar-riformi li qed jimbuttaw ’il quddiem. “Bħala Gvern impenjati li noffru lil kull individwu li jkun waqa’ l-opportunità li jerġa’ jibni ħajtu.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport