Wara l-inċident xejn sabiħ li ġralu, l-attakkant ta’ West Ham United Michail Antonio qed jitjieb fil-kundizzjoni fiżika tiegħu u għandu lura d-dar mal-familjari tiegħu sal-25 ta’ Diċembru iġifieri sa jum il-Milied. Skont it-tobba tiegħu, il-plejer ta’ 34 sena mistenni jibda rijabilitazzjoni ta’ madwar għaxar xhur sabiex jerġa’ jiġi lura fiżikament.
Fis-7 ta’ Diċembru li għadda, Antonio kien involut f’inċident tat-traffiku bil-karozza Ferrari barra Londra. Min-naħa tagħhom, id-diriġenti tal-Hammers dejjem tawh is-sapport kollu neċessarju f’dawn il-jiem diffiċli.