Il-Papa Franġisku reġa’ kellu diversi kumplikazzjonijiet f’saħħtu, speċjalment fil-pulmun. Dan ġie kkonfermat mill-Uffiċċju tal-Istampa ġewwa l-Vatikan, fejn ingħad li l-Papa qed jieħu l-kura meħtieġa ġewwa l-Isptar f’Ruma.
Sorsi, li tkellmu mal-midja Taljana dwar il-valutazzjoni tat-tobba li qed jikkuraw lill-Papa, qalu li huma meħtieġa bejn 24 u 48 siegħa oħra biex ikun indikat aħjar kemm setgħet iggravatlu saħħtu.
Minkejja li l-kundizzjoni tal-Papa qed tkompli tiddeterjora, sa issa għad ma kienx hemm bżonn li jiġi intubat.