Monday, May 20, 2024

Il-Kunsill Ewropew jadotta emendi għall-baġit Ewropew tal-2020

Aqra wkoll

Minn Melvin Farrugia

L-Unjoni Ewropea qiegħda tpoġġi għad-disponibbiltà l-flus kollha li fadal mill-baġit ta’ din is-sena biex tkompli tgħin fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus. 

Għaldaqstant, illum il-Kunsill adotta bi proċedura miktuba, żewġ proposti li jemendaw il-Baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2020 biex ikun jista’ jipprovdi fondi li jservu għar-risposta kontra l-kriżi tal-COVID-19. 

Barra minn hekk, qed jingħataw flus lill-Greċja biex tkun tista’ tkampa maż-żieda fil-pressjoni mill-immigrazzjoni u biex jingħata appoġġ lill-Albanija ħalli tkun tista’ terġa’ tqum fuq saqajha wara t-terremot. 

Għalhekk il-flus allokati żdiedu bi €3.57 biljun u jammontaw għal €172.2 biljun. Il-pagamenti żdiedu b’€1.6 biljun, għal total ta’ €155.2 biljun.

Sport