Friday, June 6, 2025

Il-Kunsill Lokali Birżebbuġa jonora għaqdiet u residenti għall-kisbiet riċenti tagħhom

Aqra wkoll

F’atmosfera ta’ kburija u spirtu komunitarju, il-Kunsill Lokali Birżebbuġa organizza ċerimonja ta’ rikonoxximent nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Mejju 2025, fil-Bajja s-sabiħa ta’ Birżebbuġa


Din l-attività kienet iddedikata għaċ-ċelebrazzjoni tas-suċċessi riċenti miksuba minn individwi u għaqdiet volontarji lokali, li b’dedikazzjoni u perseveranza qed ikomplu jagħtu ġieħ lill-lokalità tagħna.

Din l-attività, li saret fuq inizjattiva tal-għaqdiet lokali stess, kienet tifkira denja u rispettabbli ta’ dawn il-mumenti sbieħ li kkaratterizzaw ix-xhur li għaddew, u li jkomplu jsaħħu l-identità u l-ħidma komunitarja fil-lokalità.

Kisbiet riċenti li ġew iċċelebrati:
Matul dawn l-aħħar xhur, il-komunità ta’ Birżebbuġa ħadet pjaċir tikseb numru ta’ suċċessi importanti, fosthom:

  • Birżebbuġa St. Peter’s FC – Rebbieħa tal-IŻIBET National Amateur League 1 u tas-Super League.
  • Birżebbuġa St. Peter’s Youth Team – Champions tal-BOV Youth League Section D.
  • Birżebbuġa Windmills U15 – Għall-promozzjoni fil-BNF U15 League Section D.
  • Birżebbuġa Regatta Club – Rebbieħa tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien fil-Kategorija B.
  • Jamie Cardona – Rebbieħ tal-festival mużikali ‘Mużika Mużika 2025’ bid-diska ‘Stajna konna aħna’.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Sindku Scott Camilleri enfasizza s-sinifikat ta’ dawn il-kisbiet, fejn rrikonoxxa l-impenn, id-dedikazzjoni u l-isforz konsistenti ta’ dawk kollha involuti.
“Intom qed tagħtu lil Birżebbuġa isem sabiħ u rispettabbli. Dawn is-suċċessi huma xhieda tas-saħħa tal-ispirtu komunitarju u l-ħidma bla waqfien li tiddistingwi lill-komunità tagħna,” saħaq is-Sindku.

L-attività ntemmet b’messaġġ ta’ għaqda u kburija, fejn il-Kunsill Lokali rriafferma l-impenn tiegħu li jkompli jkun ta’ sostenn għat-talent lokali u għall-għaqdiet volontarji li jżommu ħajja s-soċjetà u l-kultura ta’ Birżebbuġa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport