Tuesday, August 12, 2025

Il-Kunsill Lokali tal-Għargħur ser ikun qiegħed isegwi l-proċedura mitluba mill-liġi

Aqra wkoll

Stqarrija wara l-laqgħa b’urġenza mis-Sindku Laburista Mariah Meli, il-Viċi Sindku Indipendenti Francesca Attard u l-Kunsillier Laburista Christopher Fenech 

Fid-dawl tal-proċeduri legali li l-Kunsill Lokali qiegħed jaffaċċja minħabba nuqqasijiet li seħħew taħt it-tmexxija preċedenti, issejħet laqgħa b’urġenza mis-Sindku Mariah Meli biex jiġi determinat minn vot tal-Kunsill kif għandhu jipproċedi l-Kunsill fir-rigward tal-ħlas tal-avventiment ‘Pjazza De Box’ fl-2024. Dan kollu seta’ iseħħ wara verifikazzjoni tal-ispejjeż li saru mill-organizzaturi tal-avveniment fuq qbiel mas-sindku preċedenti u wara li saru verifiki dwar l-avveniment innifsu. 

Tajjeb li wieħed jifhem li dan l-avveniment seħħ mingħajr preżentazzjoni ta’ vot għall-ispiża li kellha ssir b’relazzjoni ma’ tali avveniment u fin-nuqqas ta’ qbil mill-membri tal-kunsill preċedenti.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kunsill Lokali  preżenti qiegħed ikun rinfaċjat bi spiża u bilanċ ta’ €20,200 għas-sena preċedenti b’relazzjoni mall-avveniment  ‘Pjazza De Box’ fl-2024 liema spiża ma kinitx approvata mill-Kunsill Lokali ta’ dak iż-żmien iżda f’ċirkostanzi li juru li tali avveniment kien seħħ taħt l-awspiċi u/jew b’kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali tal-Għargħur diversament kompost.

L-Kunsill preżenti nfurmat illi s-sindku preċedenti kienet ikkomettiet ruħha mal-kunsill ta’ dak iż-żmien illi l-fondi neċessarji biex isir l-avveniment kienu ser jinġiebu minn sponsors li kienu ser ikunu qed ikopru l-ispiża neċessarja biex l-avveniment iseħħ. 

Ġara iżda li kienet biss parti mill-ispiża tal-avveniment li kienet ġiet koperta mill-isponsors li kienet ikkomettiet ruħha li ġġib is-sindku preċedenti, b’bilanċ ta’ €20,200 jibqa mhux imħallas b’dan li wassal lil organizzaturi tal-avveniment jitolbu l-ħlas mill-Kunsill Lokali tal-Għargħur. 

F’dan l-istadju l-Kunsill Lokali tal-Għargħur ser ikun qiegħed isegwi l-proċedura mitluba mill-liġi f’tali ċirkostanzi, filwaqt li jirriserva id-dritt li jirkupra minn dawk responsabbli kwalunkwe spejjeż u nfieq li jista jkun kostrett iħallas b’konsegwenza ta’ tali arranġjament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport