Sunday, November 24, 2024

Il-Kunsill Malti għall-Arti jħabbar d-29 nominazzjoni aħħarija tal-Premju għall-Arti 2022

Aqra wkoll

Il-Kunsill Malti għall-Arti għadu kif ħabbar id-29 nominazzjoni aħħarija għall-Premju għall-Arti 2022.

Il-Premju għall-Arti li issa qiegħed fil-ħames edizzjoni tiegħu, huwa ċelebrazzjoni tal-kisbiet prinċipali tal-industriji kulturali u kreattivi ta’ Malta. Kif ġie enfasizzat fil-Politika Kulturali Nazzjonali 2021, dan hu avveniment nazzjonali ta’ profil għoli li jagħti eċċellenza fil-qasam tal-kultura u l-arti, filwaqt li jħeġġeġ aktar professjonaliżmu u distinzjoni fi ħdan is-settur. Dan ukoll huwa msejjes fl-ewwel mill-prinċipji gwida tal-Kunsill Malti għall-Arti, bħalma hu stipulat fl-Istrateġija 2025, li hu l-promozzjoni tal-avvanz tal-istatus tal-artisti u tal-prattikanti kulturali u kreattivi.

In-nominazzjonijiet kienu miftuħa sa nofsinhar tat-28 ta’ Frar 2022, fejn ġew imressqa madwar 350 applikazzjoni, li minnhom kien hemm 104 nominazzjoni aċċettata u li kienu eliġibbli. L-applikazzjonijiet imressqa ġew ipproċessati u evalwati skont il-kriterji u l-mistoqsijiet stabbiliti għal kull kategorija minn evalwaturi esterni u rappreżentanti tal-Kunsill Malti għall-Arti. L-evalwaturi ġew magħżula fuq il-bażi tal-esperjenza professjonali tagħhom relatata mal-kategoriji u l-forom tal-arti speċifiċi.

In-nominazzjonijiet ġew imħabbra fl-ebda ordni speċifika, bir-rebbieħ ta’ kull kategorija jiġi mħabbar fil-lejla tal-Premju għall-Arti f’Ġunju.

In-nominazzjonijiet aħħarija huma:

L-aqwa proġett fil-komunità

  • fuse Elyse Tonna bi produzzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta
  • Il-Pożittivi Culture Venture
  • L-Imbuljuta: A Panto in the Dark Kitba u direzzjoni ta’ Vikesh Godhwani u Marta Vella; Produzzjoni ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta u Esplora

L-aqwa xogħol għal tfal u żgħażagħ

  • Alice in Wonderless Land Teatru Malta għal Żigużajg
  • ħożż il-ħsejjes Raffaella Zammit u Elyse Tonna għal Gabriel Caruana Foundation, Wen Chin Fu għal Instrument Inventors Initiative, Marvin Zammit għal Mighty Box u Andrea Pullicino
  • The Secret Garden L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Lignin Stories

L-aqwa programm jew staġun artistiku

  • Staġun Toi Toi  1 ta’ Ottubru 2019 — 14 ta’ Marzu 2020 Teatru Manoel
  • Staġun Toi Toi 1 ta’ Ottubru 2020 — 30 ta’ Settembru 2021 Teatru Manoel
  • Staġun Spazju Kreattiv — Settembru 2020 sa Awwissu 2021 Fondazzjoni Kreattività

L-artist żagħżugħ/a tas-sena

  • Anna Calleja, Homebound 
  • Marvic Monreal, Mezzo Soprano
  • Pearl Calleja

L-aqwa produzzjoni tas-sena

  • Min Hi? Teatru Malta, Ruben Zahra u Trevor Żahra
  • PROĠETT XX Pierre Portelli kkummissjonat minn Spazju Kreattiv
  • They Blew Her Up Koproduzzjoni ta’ Herman Grech u Spazju Kreattiv; Direzzjoni u kitba ta’ Herman Grech

L-artist tas-sena

  • Francesca Tranter, b’ Art can set us free
  • Brodu bl-albums Blu and Bambinella
  • Claire Tonna

L-aqwa intrapriża kreattiva

  • Culture Venture
  • Stephanie Borg

Premju għall-innovazzjoni

  • Alice in Wonderless Land Teatru Malta għal Żigużajg
  • ŻfinMade ŻfinMalta, b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta
  • Zoom Tyrone Grima, Joseph Galea u Keith Chetcuti

L-aqwa kisbiet internazzjonali

  • Charles Paul Azzopardi
  • The Nobodies produzzjoni ta’ Chalk Line Theatre, kitba ta’ Amy Guyler 
  • Victoria International Arts Festival Victoria International Arts Festival Foundation

L-għażla tal-pubbliku

  • Ħax-Xjuħ Teatru Malta, Josette Ciappara u Tony Cassar Darien
  • Larinġa Mekkanika Teatru Malta għal Żigużajg
  • Threaded Fine ŻfinMalta, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

Il-pubbliku jista’ jivvota għall-kategorija l-Għażla tal-Pubbliku fuq www.premju.mt sa nofsinhar ta’ nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2022. Kull persuna tista’ tivvota darba biss abbażi tan-numru tal-identità tiegħu/tagħha.

L-għoti tal-premjijiet tal-Premju għall-Arti 2022 se jsir nhar il-15 ta’ Ġunju 2022 filgħaxija. Dan se jkun ukoll imxandar fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali tal-Premju għall-Arti u tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Sport