Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u lGvern Lokali, jippreżenta Women Grace above the Battle, wirja fotografika millfotoġurnalist ta’ fama internazzjonali Reza. Il-wirja tiftaħ fil-11 ta’ Marzu fi Pjazza Tritoni, il-Furjana, bħala parti mill-Malta Biennale 2026.
Il-programm jinkludi wkoll Women, Life, Freedom, preżentazzjoni pubblika li se ssir fit-12 ta’ Marzu fl-Awla Magna, fuq il-Kampus l-Antik tal-Università, il-Belt. Permezz ta’ immaġnijiet miġbura tul għexieren ta’ snin u minn kontinenti diversi, il-wirja tiffoka fuq in-nisa fl-ambjenti li jsawru l-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Il-proġett jallinja ruħu mal-viżjoni usa’ tal-KMA, li tqis il-kultura bħala ġid pubbliku li igħin sabiex tissaħħaħ ilparteċipazzjoni, filwaqt li jistieden riflessjoni u jwitti t-triq sabiex Malta tingħaqad ma’ konversazzjonijiet internazzjonali. Il-fotografija ta’ Reza ilha għal żmien twil mgħarrfa minn sens umanitarju profond.
Limmaġnijiet tiegħu ma jagħlqux għajnejhom għat-tbatija, iżda lanqas ma huma definiti biss minnha. Meta wieħed jarahom flimkien, dawn ix-xogħlijiet jistiednu lill-udjenzi jaħsbu mhux biss dwar l-isfidi li jaffaċċaw in-nisa, iżda wkoll dwar l-aġenzija tagħhom, ir-rwol tagħhom fil-familji u fil-komunitajiet, u d-diversi modi kif ifasslu l-istorja tagħna.
Dr. Luke Dalli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti stqarr, “Fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, nemmnu li l-arti għandha s-setgħa li tagħti bidu għal konversazzjonijiet, tiġbor flimkien il-komunitajiet u twassal perspettivi globali eqreb lejn darna.
Il-wiri ta’ tali esibizzjonijiet ġewwa spazji pubbliċi bħall-Pjazza Tritoni jippermetti li kulħadd ikun jista’ jkollu aċċess għall-arti.” Il-wirja qed tiġi akkumpanjata bi preżentazzjoni bit-titlu Women, Life, Freedom. Ilpreżentazzjoni se tkun qed testendi din il-konversazzjoni fi spazju pubbliku b’mod ħaj.
Ilpreżentazzjoni toffri opportunità lill-udjenzi sabiex jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib malideat wara l-proġett, u mal-mistoqsijiet usa’ li jqajjem dwar ir-rappreżentazzjoni, iddinjità u r-rwol tal-arti bħala xhieda ta’ dan kollu.
Il-wirja tibqa’ miftuħa sat-12 ta’ April fi Pjazza Tritoni, il-Furjana, filwaqt li lpreżentazzjoni pubblika sseħħ fit-12 ta’ Marzu fis-7.30pm fl-Awla Magna, fil-Kampus lAntik tal-Università, il-Belt Valletta.

