Il-Kunsill Regjonali Port qiegħed jaħdem biex il-kultura ssir il-qalba tal-komunità tagħna. Mill-istudji dwar l-impatt soċjali sal-istrateġija reġjonali, qegħdin nibnu l-pedamenti biex inressqu lir-reġjun tagħna għal Regjun Kulturali 2026.
“Fejn l-istorja tankrana u l-mewġ jigwidana”
Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook: Kunsill Reġjonali Port, fejn ingħad li dan huwa l-motto li jħaddan il-passat u jiftaħ it-triq lejn futur mimli ħolqien u opportunità.
Ingħad ukoll; “Il-kultura hi l-ankra tagħna u l-baħar l-ispirazzjoni tagħna – flimkien nibnu mixja ġdida għal kulħadd”