Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea llum adotta rakkomandazzjoni dwar it-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet temporanji għal ivvjaġġar mhux essenzjali fl-Unjoni Ewropea.
Ir-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar għandhom jitneħħew għal pajjiżi li huma fil-lista rakkomandata, li għandha tiġi evalwata u aġġornata kull ġimgħatejn.
Ibbażat fuq il-kriterji u l-kundizzjonijiet li hemm fir-rakkomandazzjonijiet, l-istati membri għandhom mill-1 ta’ Lulju jibdew ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-fruntieri esterni għal residenti minn dawn il-pajjiżi terzi:
• Alġerija
• Awstralja
• Kanada
• Georgia
• Ġappun
• Montenegro
• Marokk
• New Zealand
• Rwanda
• Serbja
• Korea t’Isfel
• Tajlandja
• Tuniżija
• Urugwaj
• Ċina, suġġett għal konferma reċiproka
Ir-residenti ta’ Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan għandhom jiġu kkonsidrati bħala residenti tal-Unjoni Ewropea għal din ir-rakkomandazzjoni.