Il-Kunsill Malti għar-Refuġjati laqa’ l-aħbar li l-Korp tal-Pulizija ssospenda tliet kuntistabbli li allegatament użaw forza eċċessiva fil-konfront ta’ persuni ta’ karnaġġjon skur.
Il-Kunsill żied jgħid li sodisfatt wkoll li infetħet inkjesta b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet u jittama li dawn l-investigazzjonijiet jitmexxew kif sippost u malajr filwaqt li l-eżitu jiġi ppubblikat.
“Aħna nemmnu li deċiżjonijiet bħal dawn jikkonfermaw li m’hawnx lok għal razziżmu u vjolenza fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Aħbarijiet ta’ uffiċjali li jaggredixxu persuni ta’ karnaġġjon skur huma tassew inkwetanti”, sostna l-Kunsill fi stqarrija maħruġa minnu.