Saturday, August 9, 2025

Il-Kunsilliera tal-PL tas-Siġġiewi qed jitolbu għal audit indipendenti tal-finanzi tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi

Aqra wkoll

Il-Kunsilliera tal-Partit Laburista tas-Siġġiewi qed jitolbu li ssir audit indipendenti tal-finanzi tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. 

Dan fl-isfont tal-allegat każ ta’ frodi u miżappropjazzjoni ta’ €2.4 miljun minn fondi pubbliċi mill-Kunsilliera Nazzjonalista tas-Siġġiewi, Francine Farrugia, li kellha taħt ir-responsabilitajiet tagħha l-Aġġudikazzjoni tat-Tenders tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

L-investigazzjoni hija meħtieġa biex tistabbilixxi ġewx osservati l-proċeduri fit-tħaddim tal-finanzi mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi matul din il-leġiżlatura li bdiet fl-1 ta’ Lulju tal-2024. 

B’hekk ikun żgurat li l-Kunsill tas-Siġġiewi mmexxi mis-Sindku tal-Partit Nazzjonalista Julian Borg, qed josserva l-governanza tajba u t-trasparenza f’din il-lokalità fit-tħaddim tal-finanzi tiegħu. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport