Thursday, September 19, 2024

“Il-kuntentizza tal-ħaddiema tagħna fuq il-post tax-xogħol hi prijorità għalina”

Aqra wkoll

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Bad Boy Cleaning Services Ltd Claudine Ellul Sullivan

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Bad Boy Cleaning Services Limited, Claudine Ellul Sullivan, rebħet il-premju Imprenditura tas-Sena 2021 fil-lejla tal-għoti tal-Premju Nazzjonali – Impjegat tas-Sena; wara li ġiet magħżula mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela.

Is-Sinjura Claudine Sullivan bħala Direttur Maniġerjali tal-kumpanija ewlenija tas-servizzi tat-tindif f’Malta ġiet rikonoxxuta għall-impenn eċċellenti tagħha mal-impjegati tagħha matul is-sena li għaddiet inkluż il-promozzjoni tal-ugwaljanza, l-opportunitajiet indaqs għall-istaff kollu tagħha, irrispettivament mill-isfond u n-nazzjonalità tagħhom, u l-appoġġ għall-benesseri tal-ħaddiema specjalment waqt il-pandemija tal-COVID-19.

“Li nirċievi l-premju għall-Imprenditriċi tas-Sena huwa unur kbir għalija u għall-kumpanija li bnejna. Dan huwa xhieda tal-impenn li aħna bħala Bad Boy Cleaning Services Limited nagħmlu mal-impjegati tagħna,” tgħid Claudine Ellul Sullivan. 

“Nirrealizzaw li biex inkomplu jkollna l-aqwa ħaddiema rridu noħolqu ambjent li jippermetti lin-nies tagħna jkunu kuntenti, filwaqt li nipprovdulhom opportunitajiet indaqs u appoġġ speċjalment fi żminijiet ta’ sfida. Nafu wkoll kemm hu importanti li l-impjegati tal-lum jaħdmu f’organizzazzjoni li qed tħalli impatt pożittiv mhux biss fuq il-klijenti tagħha iżda wkoll lil hinn minnha, u huwa għalhekk li nistinkaw biex nappoġġaw lill-impjegati tagħna u lil diversi organizzazzjonijiet volontarji oħra fi żminijiet ta’ sfidi kbar. ”

Sport