Sunday, December 22, 2024

Il-kura tat-tfal l-ogħla spiża għall-familji Ingliżi

Aqra wkoll

Il-miżati li jitħallsu għaċ-childcare fl-Ingilterra qed jogħlew b’rata allarmanti. Din is-sena, dawn diġà żdiedu bi 11% u l-ħlas ivarja bejn £69 għal £76.60 għal ġurnata sħiħa, filwaqt li għal nofstanhar il-miżata telgħet minn £39.90 għal £44.30.

Din hija t-tieni żieda fil-prezz fl-aħħar 12-il xahar. Sena ilu l-familji kienu jħallsu £67 f’childcare għal ġurnata sħiħa, jiġifieri l-prezzijiet għolew 14 % sena wara sena.

B’kollox, l-ispiża li familja b’żewġ ulied qed ikollha tħallas f’childcare telgħet għal medja ta’ £35,000 minn Frar ta’ tliet snin ilu.

Il-piż jinħass l-iktar fuq il-familji billi l-Gvern ma jagħtix biżżejjed fondi lin-‘nurseries’ u għalhekk il-ġenituri spiss ikollhom iħallsu huma għaż-żieda fil-miżati. Saħansitra hemm familji li jħallsu sa £21.20 kuljum għas-servizz taċ-childcare.

Il-kura tat-tfal fl-Ingilterra hija ovvjament l-akbar spiża għall-familji iżda hemm ukoll l-ispejjeż l-oħra kollha li ġġib magħha t-trobbija tat-tfal. Bħala medja, koppja b’żewġt itfal jixtru madwar erba’ pari żraben għal kull sena, kif ukoll kowtijiet u ħwejjeġ ġodda. Imbagħad hemm klassijiet, ikel, ġugarelli, kotba u l-parafernali l-oħra kollha biex iżidu mat-taħlita.

Huwa diffiċli għalhekk li tkun magħrufa ċ-ċifra eżatta fuq l-infiq tal-familja, imma kalkolu tal-infiq huwa madwar £500 fix-xahar fuq it-tfal bħala medja, eskluża l-kura tat-tfal.

Ekonomija

Sport