Wednesday, March 18, 2026

Il-kwistjoni tal-Arctic Metagaz….ir-Russja titkellem u tgħid li qed issegwi

Aqra wkoll

Il-kwistjoni marbuta mat-tanker Russu Actic Metagaz, liema tanker kien ġie attakkat fiċ-ċentru tal-Mediterran u issa jinsab bla ekwipaġġ fuqu, wasslet biex ir-Russja fl-aħħar sigħat ħarġet dikjarazzjoni dwar dan.

Kienet il-kelliema għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fir-Russja, Maria Zakharova li tkellmet dwar l-iżviluppi tal-każ li jinvolvi t-tanker.

Hi qalet li “wara l-attakk terroristiku bla preċedent fit-3 ta’ Marzu li involva dgħajjes u drones mingħajr ekwipaġġ qrib ix-xtut ta’ Malta, it-tanker tal-LNG Arctic Metagaz, li jtajjar bandiera Russa, bħalissa jinsab fil-baħar Mediterran.”

Tenniet li “l-bastiment m’għandux ekwipaġġ, għax l-ekwipaġġ ġie evakwat wara l-attakk, b’assistenza medika ta’ emerġenza pprovduta lil żewġ baħrin. Il-bastiment sofra ħsara sinifikanti.”

Iddikjarat li “fil-ħin tal-abbandun, it-tankijiet tal-bunkers kien fihom madwar 450 tunnellata ta’ heavy fuel oil u 250 tunnellata ta’ diżil kif ukoll kwantità sostanzjali ta’ gass naturali. Bħala Stat tal-bandiera responsabbli, ir-Russja qed issegwi s-sitwazzjoni mill-qrib. Is-sid tal-bastiment qed isegwi it-tanker. L-awtoritajiet Russi għadhom f’kuntatt mas-sid tal-bastiment u l-aġenziji barranin rilevanti. Dispożizzjonijiet legali internazzjonali applikabbli għas-sitwazzjoni attwali jassenjaw ir-responsabbiltà lill-Istati kostali – l-hekk imsejħa stati affettwati – biex tkun riżolta il-kwistjoni tal-bastiment li qed jittajjar u biex ma jseħħx diżastru ambjentali. L-involviment ulterjuri tas-sid tal-bastiment u r-Russja, bħala l-istat tal-bandiera, jiddependi fuq ċirkostanzi speċifiċi. Nistennew il-klassifikazzjoni legali tal-inċident li jinvolvi t-trasportatur tal-gass mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Russi. Sussegwentament, se nikkunsidraw passi addizzjonali, inkluż fil-qafas tal-liġi internazzjonali.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport