Saturday, December 21, 2024

“Il-Labour partit biċ-ċinga m’għonq kulħadd” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Huwa jisħaq li ma kienet offruta l-ebda kariga fis-Shadow Cabinet għall-eks Kap Delia; Prim Ministru “popolist, Partit Laburista biċ-ċineg m’għonq kulħadd”

Iktar kmieni llum, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ikkonferma li ma kinet offurta l-ebda kariga fi ħdan is-Shadow Cabinet ġdid lill-eks Kap Adrian Delia. Huwa saħaq li l-predeċessur tiegħu “ried jimxi fuq il-mudell Ingliż, fejn il-kap uxxenti ta’ partit ma jkunx membru tas-shadow cabinet.” Fl-istess ħin pero’, huwa saħaq li d-diskussjonijiet “għadhom mhix konklużi.”

Grech ddeskriva lill-Partit Laburista bħala partit “li għandu ċ-ċineg ma’ għonq kulħadd, għaliex inkella ma jkomplix igawdi l-eluf fil-but. Bil-kontra, il-Partit Nazzjonalista ma noħonqux il-vuċi ta’ ħadd.”

Mistoqsi fuq dak li kien ġie deskritt bħala “kliem żejjed” minn membri tas-Shadow Cabinet tiegħu fuq il-midja soċjali, Grech tenna li dan “naqas, jekk mhix waqaf kompletament, għax il-Grupp Parlamentari sar forum fejn isiru t-taħdidiet u d-diskussjonijiet neċessarji, u ma jkunx ser ikun hemm il-bżonn li ssir d-diskussjoni barra.”

“Fl-istess ħin, għandna Prim Ministru li qiegħed jinħeba, li jagħmel U-turns, u li jipprova jakkomoda n-nies iktar milli jagħmel dak li hemm bżonn. Ma tistax tkun popolist: Għandna sitwazzjoni diffiċli ħafna, fi kriżi serja, u qiegħed jgħidilna li kollox taħt kontroll.”

Fuq l-immigrazzjoni Grech saħaq li l-Partit Laburista “daħħal il-lifgħa f’kommu: Ma tistax ddaħħal u tistieden in-nies f’pajjiżna, mingħajr ma jkollok soluzzjoni għalihom. Il-Minsitru tal-Ekonomija Silvio Schembri pprova jkeċċihom u ma nriexxielux.”

“Illum il-Gvern Malti, minħabba l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat, għad m’għandux s-saħħa biex jinnegozja sew din il-kwistjoni. U dan għaliex isimna ġie mtappan mal-Ewropa kollha.”

Grech saħaq fuq il-bżonn ta’ ekonomija diversifikati. Ironikament, fiwaqt li semma numru numru ta’ industriji differenti, fosthom il-gaming, kostruzzjoni, it-turiżmu, u anke l-introjtu tal-IIP, huwa saħaq li dawn kollha kienu bbażati biss fuq il-kwantita’ u l-konsum. “Irid ikollna iktar saqajna ekonomiċi, ekonomija tal-kwalita.”

Ekonomija

Sport