Saturday, July 5, 2025

Il-Lamborghini ta’ Jota bi problemi ta’ sigurtá

Aqra wkoll

Il-karozza Lamborghini ta’ £250,000 li jingħad kien qed isuq Diogo Jota meta seħħ l-inċident traġiku tiegħu ilu għal żmien twil marbut ma’ sejħiet lura u problemi serji ta’ sigurtà.

Il-ġrajja seħħet ftit wara nofsillejl, tal-Ħamis li għadda, fuq l-awtostrada fi Spanja viċin il-belt ta’ Cerdanilla li tinsab fit-tramuntana tal-pajjiż.

Jota, stilla ta’ Liverpool u tal-Portugall ta’ 28 sena, kien qed jivvjaġġa flimkien ma’ ħuh iżgħar André Silva ta’ 26 sena, meta l-karozza tagħhom ħadet in-nar u t-tnejn mietu fuq il-post. Il-karozza kienet Lamborghini Huracán.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport