Thursday, February 5, 2026

Il-laqgħat dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef ġdid għandhom ikomplu bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni

Aqra wkoll


Il-President tkellmet magħna u għandha titkellem mal-Kap tal-Oppożizzjoni, fis-sens illli l-materja dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef taspetta biss lil membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti, jiġifieri dawk Parrlamentari u talbitna biex il-proċess ta’ diskussjonijiet dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef illi jmiss jitkompla.

Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela illejla hekk kif kellu laqgħa mal-Eċċellenza tagħha, il-President Myriam Spiteri Debono, fejn irrimarrka li llejla stess se jistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni sabiex minn għada stess jkomplu b’dan il-proċess ta’ djalogu bit-tama li jaslu għal l-isem tal-persuna li għandha tokkupa l-kariga ta’ Prim Imħallef.

Il-Prim Ministru tenna li dan huwa proċess li beda żmien ilu u li issa huwa poċess li jrid jitkompla wara l-vot negattiv tal-bieraħ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport